Lokali

Taljana ta’ 36 sena ssofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Taljana ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart tas-Sibt filgħodu, ittieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofriet f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqt li kienet qed issuq mutur Kymco Like, tilfet il-kontroll u waqgħet b’konsegwenza li kella mpatt ukoll ma’ Toyota Tercel li kienet qed tinsaq fl-istess direzzjoni minn raġel ta’ 71 sena residenti San Ġwann.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn akatar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.