Lokali

Edizzjoni oħra ta’ Notte Bianca’ fil-Belt Valletta

Is-Sibt ittellgħet edizzjoni oħra ta’ Notte Bianca fil-Belt Valletta fejn eluf ta’ nies żaru l-belt kapitali biex igawdu dak li kapaċi toffri l-arti, il-kultura u l-kreattività.

Din l-edizzjoni rat ’il fuq minn 70 proġett differenti ta’ mużika, teatru, żfin u forom oħra ta’ arti u divertiment madwar il-Belt.

B’kollox, din is-sena kien hemm 350 artist lokali u internazzjonali li pparteċipaw.

Notte Boanca offriet divertiment varjat fit-toroq u l-palazzi tal-kapitali – f’atmosfera ta’ festa … b’kuluri, mużika, spettaklu u ikel.

Din l-inizjattiva kienet inbdiet minn Gvern Nazzjonalista, u baqgħet tikber matul is-snin.