Lokali

Ferut gravi wara inċident ma’ makkinarju f’għalqa f’Ħal Kirkop

Raġel ta’ 76 sena residenti Santa Luċija, weġġa’ gravi waqt li kien qed juża mutur tal-ħart f’għalqa.

L-inċident seħħ matul il-jum tas-Sibt, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq ir-Ramlija, Ħal Kirkop.

Minnufih il-pulizija ġiet infurmata u marret fuq il-post. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Fil-post marru wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ