SLIEMA WANDERERS ……………… 2
ĦAMRUN SPARTANS…. …………….. 0
Iċ-champions Ħamrun Spartans sofrew l-ewwel telfa tal-kampjonat meta kellhom ibaxxu rashom għal qawwa ta’ Sliema, li wara prestazzjoni u telfa umiljanti kontra Naxxar, qamu għall-okkażjoni biex kisbu rebħa ferm importanti.
Jista’ jkun li Ħamrun qed iħallsu prezz għoli għall-impenji u prestazzjonijiet tajbin li qed ikollhom fl-ewropa, iżda wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu tal-Wanderers, fejn l-eks plejer tal-Ispartans Roko Prsa kien f’vena mill-aqwa.
Mas-seba’ minuta logħob, Ħamrun kellhom ċans tajjeb li jmorru fil-vantaġġ meta Camenzuli seraq il-pussess min-nofs il-pitch, tella’ attakk u qassam lejn Smajlagic li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata mill-goalkeeper Emeka Agu.
Tliet minuti wara, Emeka Agu qassam lejn Borg, li żbalja meta ta l-ballun lil El Fanis li xxutja fid-direzzjoni ta’ Mbong li ttanta xortih bit-takkuna minn quddiem ix-xibka, iżda l-ballun mar barra.
Mal-kwarta logħob, Magri Overend seraq il-pussess mingħand il-Ħamruniżi u tella’ attakk li twaqqaf mid-difiża tal-Ispartans. Erba’ minuti wara, reġa’ kien in-numru sebgħa ta’ Sliema li ħa l-pussess meta laħaq il-ballun mingħand El Fanis qabel Camenzuli, beda ġirja tajba lejn il-lasta li waqtha qassam lil Fernandinho li kompla jtella’ l-attakk qabel ma sab ix-xibka u poġġa lis-Slimiżi fil-vantaġġ.
Fis-27 minuta, Magri Overend reġa’ prova jsib ix-xibka b’xutt minn barra l-kaxxa iżda l-goalkeeper Bonello salva tajjeb. L-Ispartans spiċċaw jilagħbu b’10 plejers man-nofs siegħa logħob għax Semir Smajlagic intwera karta ħamra diretta wara li għamel foul fuq Thiago Espindola. Fit-33 minuta, Eder seraq il-ballun mingħand Thiago Espindola, li deher li weġġa’ fil-konfront. Eder qassam lejn El Fanis li prova jagħmel l-iskor indaqs b’xutt minn barra l-kaxxa iżda l-goalkeeper Emeka Agu salva tajjeb.
Mas-56 minuta, Ħamrun kisbu freekick minn pożizzjoni tajba wara li Alcino waqqa’ lil Thioune. Coric inkariga ruħu għall-freekick u ra l-ballun jaħbat mal-lasta. Erba’ minuti wara, Prsa tella’ attakk tajjeb għal Sliema li tefa’ throughball lejn Magri Overend, li qassam lejn Sulahmana Bah li kellu t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper Bonello.
Fit-68 minuta, Vito Plut irdoppja l-vantaġġ tal-Blues wara li kiseb il-ballun meta Polito tilef il-pussess x’ħin kien qiegħed jipprova jżomm lil Sulahmana Bah.
Fis-76 minuta, Prsa għal ftit ma sabx ix-xibka iżda l-ballun għaddielu eżatti minn quddiem il-lasta. Mal-bidu tal-ħin miżjud, Bah ittanta xortih iżda x-xutt mar barra.
Sliema Wanderers: 25. Emeka Kelvin Agu (GK), 2. Jean Borg (C), 5. Neil Frendo, 7. Adam Magri Overend, 9. Vito Plut (82′ 14. Kyrian Nwoko, 12. Roko Prsa, 15. Gustavo Alcino, 20. Wescley Matos Da Silva, 93. Thiago Espindola, 94. Fernandinho (54′ 17. Mamadu Sulahmana Bah), 98. Miguel Baggio (90+4′ 70. Steven Pisani).
Ħamrun Spartans: 1. Henry Bonello (GK) (C), 2. Rafael Compri (46′ 5. Sven Xerri), 10. Joseph Mbong, 13. Vincenzo Polito, 14. Semir Smajlagic, 20. Jovan Cadenovic (46′ 33. Simkus Domantas), 24. Ante Coric, 25. Eder (46′ 19. N’Dri Koffi), 27. Ognjen Bjelicic (73′ 3. Nicholas Micallef, 47. Mouad El Fanis (46′ 9. Saliou Thioune), 94. Ryan Camenzuli.
Referee: Philip Farrugia
Plejer tal-Logħba: Roko Prsa (Sliema W)
//= $special ?>