Lokali

Il-media Kroata tirrapporta li l-erba’ Maltin waqgħu minn fuq irdum għoli 70 metru

Credit: 24Sata

It-traġedja li seħħet din il-ġimgħa fil-villaġġ Korat ta’ Bunica ħalliet lil diversi Korati ixxukjati. Dan hekk kif l-awtoritajiet lokali għamlu dak kollu possibbli biex isalvaw lill-erba’ Maltin li spiċċaw fil-baħar bil-karozza b’kollox – għalkemm l-isforzi tal-għaddasa kienu kollha għalxejn.

Il-media tal-Kroazja ħarġet aktar dettalji dwar id-dinamika ta’ kif seħħ dan il-każ traġiku li ħasad il-ħajja tal-koppji Jeremy u Lorraine Gambin, u Kevin u Sandra Bonnici.

Ritratti: 24Sata (Kroazja)

Il-webiste tal-ġurnal 24Sata irrappurtat li l-karozza li kienu fiha l-Maltin – li kienet tal-kiri – waqgħet minn għoli ta’ madwar 70 metru minn fuq irdum. U l-ewwel li irrealizzaw b’dak li seħħ kienu l-individwi fil-karozza li kienet qed issuq quddiemhom, u li indunaw mill-mera li l-vettura Range Rover kienet sparixxiet minn warajhom.

Is-sewwieq tal-karozza waqfet u ra r-Range Rover fil-baħar taħt l-irdum. U mal-ewwel ċempel għall-għajnuna.

Ritratti ppubblikati mill-media lokali juru kemm huwa għoli l-post li minnu waqgħet il-karozza li kienu fiha l-Maltin – bl-impatt mal-baħar ikun wieħed qawwi, tant li anke ħarġu l-airbags tal-vettura.

L-inċident seħħ il-Ħamis fl-4pm.

Intant, għada mistennija ssir l-awtopsja fuq il-katavri.