Lokali

Il-President tal-MUT jitkellem dwar realtajiet “allarmanti” fil-klassijiet

In-numru ta’ studenti li jeħtieġu LSE żdied ħafna. U qed naffaċċjaw realtajiet li qabel ma tantx kien ikollna.

Hekk stqarr il-President tal-MUT Marco Bonnici waqt intervista fil-programm NETLIVE, fejn spjega li bħalissa għad hemm każijiet li għadhom pendenti.

Dan għall-kuntrarju tal-impressjoni li pprova jagħti l-Ministru Clifton Grima li kollox taħt kontroll.

Marco Bonnici semma’ kif il-proċess ta’ state mantling fejn jidħlu diżabilijiet jew diffikultajiet intelletwali – ġieli jdum għaddej anke sa Frar.

Il-President tal-MUT ddeskriva bħala “allarmanti” il-fatt li hemm klassijiet li għandhom daqstant bżonnijiet u ma jistgħux jiġu ndirizzati minħabba li mhemmx biżżejjed edukaturi.

Fit-23 ta’ Settembru, l-MUT ħarġet position paper fejn fiha ddikkjarat li l-iskejjel bħala postijiet tax-xogħol ma jissodisfawx il-bżonnijiet bażiċi ta’ llum ‘il ġurnata – fosthom nuqqas ta’ airconditions u infrastruttura fejn tidħol il-provvista tal-elettriku.

Fl-istess position paper l-MUT kitbet anke dwar iż-żieda fil-popolazzjoni u saħqet li kieku il-mudell ekonomiku mhuiex dak li għandna f’pajjiżna bħalissa …kieku m’għandniex problemi ta’ nuqqas ta’ faċilitajiet u edukaturi.

Il-President tal-MUT, Marco Bonnici, saħaq ukoll dwar il-bżonn ta’ aktar taħriġ u bżonnijiet bażiċi fl-iskejjel.