Lokali Saħħa

L-emerġenza ta’ Mater Dei hija mgħarqa bin-nies

Ritratt: Martin Agius

Is-sitwazzjoni fl-Emerġenza u fl-Isptar Mater Dei qed tpoġġi stress enormi fuq il-ħaddiema. U għalhekk għandu jkollna servizz aħjar ta’ kura primarja.

Hekk sostna x-Shadow Minister tas-Saħħa Stephen Spiteri waqt li din il-ġimgħa kien intervistat minn Saviour Balzan.

Programm li fih kien hemm ukoll il-Ministru tas-Saħħa.

Stephen Spiteri esprimma x-xettiċiżmu tiegħu dwar is-servizz tan-numru 1400 – is-sistema tat-telework li twassal biex infermiera tgħid lill-pazjent jekk għandux immur Mater Dei jew fi sptar privat ieħor.

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa wera wkoll it-tħassib tiegħu, dwar kif is-saħħa essenzjalment saret bil-flus – hekk kif il-waiting lists huma twal wisq. U allura jkollok bilfors tirrikorri għall-privat.

Waqt il-programm, Stephen Spiteri spjega kif bħalissa qed ikollu jsir ħafna outsourcing minn sptariiet privati, u kif huwa l-poplu Malti u Għawdxi li qed jagħmel tajjeb għal din in-nefqa. U fakkar kif Vitals u Steward ħlew ħafna ħin, u ma għamlu l-ebda investiment.

Bil-Ministru JoEtienne Abela jevita kompletament milli jitkellem dwar dan l-iskandlu.