Lokali

Mara ta’ 34 sena bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi

Mara ta’ 34 sena weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-14:30, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Lawrenti.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart Fortwo misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti l-Mellieħa u Volvo XC 40 misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qrendi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hija
kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.