Qorti

Raġel ta’ 25 sena se jitressaq l-Qorti wara li kien involut f’argument fil-Marsa

Raġel ta’ 25 sena mill-Eritrea se jitressaq l-Qorti l-Ħadd għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar, wara li kienu nvoluti f’argument li seħħ biswit ħanut fil-Marsa.

Dan l-argument seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tas-seigħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Balbi, il-Marsa bejn żewġt irġiel mill-Eritrea ta’ 22 sena u 25 sena rispettivament.

Waqt l-argument allegatament intużat arma li taqta u bil-ponta b’konsegwenza li r-raġel ta’ 22 sena u raġel ieħor mill-Eritrea ta’ 32 sena li prova jwaqqaf l-argument ġarrbu xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta għajnuna medika liż-żewġ persuni fejn ftit tal-ħin wara ttieħdu permezz t’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard, ir-raġel ta’ 22 sena kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 32 ġarrab ġrieħi ħfief.

Intant, ir-raġel ta’ 25 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti f;-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, fejn huwa mistenni li jistressaq il-Qorti għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt.