Matul din is-sena sat-28 ta’ Settembru, 41 persuna ġew arrestati f’San Giljan fuq bejgħ ta’ droga. Minn dawn 35 kienu ta’ nazzjonalità barranija.
Dan ikkonfermah fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg li staqsa kemm ġew arrestati barranin fuq bejgħ ta’ droga fi Spinola Gardens, f’San Ġiljan, bejn Mejju 2025 sa meta titwieġeb il-mistoqsija.
Minn dawn il-41, sitta kienu Maltin u 35 kienu barranin. Dan f’diversi postijiet li ma jinkludix ġewwa Spinola Gardens.
//= $special ?>