Meta jaħsbu li aħna lkoll injoranti – b’min irid jidħak? Hekk sostna l-eks Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer fuq il-midja soċjali f’botta diretta, ċara u tonda fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela wara li f’Għawdex il-Mexxej Laburista prova jbeżża’ bil-babaw, bin-Nazzjonalisti u bil-barrani.
Dan hekk kif fid-diskors mimli mibgħeda u negattività tal-Ħadd, Robert Abela ħarref li bil-liġi li ppropona l-Partit Nazzjonalista, ċioè li l-Ambjent isir dritt kostituzzjonali, kien se jippermetti li l-barranin li jdejquhom il-murtali jirrappurtaw u jwaqfu l-festi.
Engerer insista li n-nar mhux mhedded bil-liġi mbottata mill-Partit Nazzjonalista jew mill-barranin, imma mill-binjiet li qed jitilgħu preżentament f’art li qabel kienet ODZ…. u li fiha proprju hemm kmamar tan-nar, jew minn fejn jinħaraq xogħol pirotekniku fil-festi. Żvilupp eċċessiv fil-periferiji tal-irħula tagħna li qed jaffetwa direttament lid-dilettanti tan-nar.
L-eks MEP Laburista saħaq li mhux li jkollna ambjent san li qed jirriskja jwaqqaf il-logħob tan-nar tal-festi, hekk kif ħeġġeġ lill-poplu jħares lejn Birkirkara u San Ġwann, fost l-oħrajn, fejn diġà għandhom problemi biex jaħarqu n-nar – mhux minħabba l-ambjent protett iżda proprju l-kontra – għaliex m’hemmx protezzjoni tal-ambjent iżda bini bl-addoċċ, tiela’ kullimkien.
Cyrus Engerer stmerr dak li qal Robert Abela u insista li faċli jwaħħal fil-barrani wara li vvota kontra li ċ-ċittadin ikollu dritt għal ambjent xieraq.
Kummenti tal-Prim Ministru li ġabu kritika qawwija minn bosta fejn insistew li l-bini bla rażan qed ikun ta’ theddida għall-ambjent tagħhom u spjegaw li jinsabu diżappuntanti bit-tip ta’ narrattiva partiġjana, negattiva u mimlija falsità li dan l-aħħar qabad ixerred Robert Abela.
L-istess kumment sar mill-avukat u ambjentalista Claire Bonello, li tat eżempju ta’ każijiet li seħħew fis-snin passati. Tant illi insistiet li ma jagħmilx sens li l-Gvern jibqa’ jbeżża’ bil-babaw.
//= $special ?>