“Sas-sena 2013 il-Bajja ta’ San Ġorġ kienet fost l-aktar indaf u bi kwalità tajba ħafna ta’ baħar għall-għawm, imma issa qed issir l-agħar waħda se tkompli tmur lura jekk se jkompli tiela’ iżjed bini għal iżjed nies fl-inħawdi”
Diskors tal-eks Ministru Laburista Evarist Bartolo fuq il-media soċjali hekk kif ċar u tond saħaq li taħt Gvern Nazzjonalista din il-bajja kienet fost l-aħjar iżda spiċċat fit-triq tan-niżla taħt Gvern Laburista tant li qed jgħid li spiċċat bħala l-agħar bajja li għandna f’pajjiżna.
Evarist Bartolo kkwota lill-espert Victor Axiak fejn dan qal li m’għandux isir aktar bini fl-inħawi għax żgur li se jolqot ħażin ħafna l-baħar.
L-eks Ministru Laburista insista li bil-proġetti li hemm proposti fl-inħawi se jkunu qed jiżdiedu 24,000 persuni oħrajn fiż-żona.
Bartolo testwalment qal li, “Matul is-sena li ġejja l-kwalità tal-baħar fil-bajja ta’ San Ġorg se tmur lura bħal tal-agħar bajja li għandnha f’Malta għall-għawm; il-bajja tal-Balluta”
Evarist Bartolo kompla jisħaq ukoll kif studju li wera żieda ta’ 30% fil-popolazzjoni effettwat il-kwalitàtal-baħar għax żdiedet il-kontraminazzjoni tal-E.coli meta jfur id-drenaġġ fil-bajjiet, “Kontaminazzjoni żdiedet l-aktar fil-Bajja ta’ San Ġorġ”.
Fatti li jmeru għal kollox dak li qed jgħid il-Prim Ministru Robert Abela, ċioè li mhux imur drenaġġ fl-ibħra Maltin, fatti li jmorru għal kollox kontra dak li qed jgħidu Abela u sħabu jiġifieri li jġibu l-ambjent bħala prijorità.
Kliem li ġej mhux minn xi Deputat jew partitarju Nazzjonalist iżda minn Soċjalist, Laburist sa minn dejjem, eks Ministru Laburista li kien fil-kabinett ta’ Alfred Sant, Joseph Muscat u saħansitra Robert Abela.
//= $special ?>