Sport Sport Ieħor

Flyers jieħdu t-tieni rebħa nfila fit-Tazza John Buġeja

Flyers bit-tieni rebħa fit-Tazza John Buġeja

Kien it-team ta’ Flyers li ħa t-tieni rebħa nfila fit-Tazza John Buġeja meta l-Ħadd, fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, għileb lil Birkirkara 3-1. Madankollu l-partita kienet ferm bilanċjata. Birkirkara fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel set. Madankollu Flyers irkupraw sew u rebħu t-tliet sets ta’ wara. Il-Ħadd ta’ qabel Flyers kienu rebħu lil Paola Executive Security f’logħba oħra bilanċjata.

Il-kompetizzjoni titkompla fi tmiem il-ġimgħa li ġej. 

Ir-riżultati kollha 

Tazza John Bugeja

Birkirkara vs Flyers 1-3 (25-21, 18-25, 24-26, 22-25)

Under 19

Birkirkara vs Depiro 0-3 (9-25, 10- 25, 21-25)

Flyers vs Paola Cool & Kiwi 1-3 (25-22, 15-25, 23-25, 18-25)

Under 17

Depiro vs Flyers 3-0 (25-21, 25-16, 25-20)

Paola Maypole vs Birkirkara Thunderspikes 1-3 (25-21, 12-25, 14-25, 5-25)

Paola Cool & Kiwi rebbieħa ta’ partita ewlenija taħt id-dsatax-il sena kontra Flyers