“Meta noħroġ mingħand Giovanna, nkun determinat aktar li nibqa’ viċin in-nies nisma’ l-weġgħat tagħhom u nagħmel ħilti biex niżgura li jilħqu l-aspirazzjonijiet li għandhom fil-ħajja”.
Kien dan kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, li permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tiegħu spjega li kull meta jmur jitkellem u jisma’ lill-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono huwa joħroġ aktar determinat li jiżgura li ċ-ċittadini tagħna jilħqu l-aspirazzjonijiet li għadhom f’ħajjithom.
Hu ddeskriva lill-eks Ministru bħala persuna li kienet u għadha viċin in-nies. Persuna ta’ eżempju u li qattgħet ħajjitha twettaq il-politika man-nies, tan-nies u qrib in-nies.
Alex Borg irrigrazzja lil Giovanna Debono tax-xogħol li għamlet għall-Partit Nazzjonalista, għal Għawdex u għal pajjiżna.
