Il-Grupp Fortina qed jgħid li skont analiżi esperta li kkummissjona l-ħlas ta’ aktar minn €8 miljun biex jinbidlu l-kundizzjonjiet tas-sit f’Tignè kien aktar milli kien jimmerita u li kieku bir-regoli tal-valutazzjoni tal-lum il-ġurnata kienu jħallsu biss madwar €4.7 miljun.
Fir-rapport li ssottometta l-Grupp Fortina lil Kumitat Parlamentari, sfidaw il-metodoloġiji adottati mill-Awditur Ġenerali – u dejjem skont il-Grupp Fortina, il-ħlas saħansitra mhux talli kien ftit, talli wieħed eċċessiv.
Fi stqarrija l-Grupp saħqu li l-NAO għandu numru ta’ żbalji u inkonsistenzi li waslu għal inflazzjoni artifiċjali fuq il-waiver tal-kundizzjonijiet fuq l-art.
Intant, il-Grupp Fortina talbu lil kumitat parlamentari sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni dawn l-imsemmija żbalji tekniċi li elenkaw fl-istqarrija meta jikkonkludu, la darba jkun hemm, l-ammont ta’ kumpens li jista’ jkun li jingħata.
//= $special ?>