Lokali

Il-Kamra tal-Periti tappella lill-Gvern sabiex joħloq policy tal-arkitettura nazzjonali

Il-Kamra tal-Periti appellat mill-ġdid sabiex tinħoloq policy tal-arkitettura nazzjonali.

Fil-jum dinji tal-arkitettura il-Kamra tal-Periti qed tappella sabiex f’pajjiżna tinħoloq policy tal-arkitettura nazzjonali dan sabiex il-pajjiż ikollu viżjoni għall-arkitettura u diżinn urban konġunt ma’ kwalità, sostennibbiltà u anke identità kulturali.

Il-jum dinji li jfakkar l-arkitettura, kien stabbilit mill-Union Internazzjonali tal-Periti, u t-tema ta’ din is-sena hija “Design for Strength”.

Il-union internazzjonali appellatt lill-periti kollha sabiex jilqgħu miżuri li jirriżultaw f’bini li jaddatta u li jiġġenera filwaqt li jippromwovi ekwità, kontinwità u anke reżiljenza.

Il-Kamra spjegat li fl-aħħar jiem qam furur minħabba r-riforma li qed iressaq il-Gvern. U minkejja dan, id-dixxiplina li tifforma l-ispazji fejn jgħixu ċ-ċittadini ngħatat il-ġenb.

Għal għexieren ta’ snin, pajjiżna, rat sistema li implimentat disinni f’regoli. Bit-twemmin li l-arkitettura tajba tiġi legalizzata u mhux maħluqa.

Il-Kamra spjegat li sabiex isir “Design for Strength” f’pajjiżna, għandna l-ewwel nagħmlu diżinn ta’ integrità, għall-professjoni tal-periti, istituzzjonijiet u postijiet pubbliċi. Hekk biss jista’ wieħed jibni l-fiduċja u r-reżiljenza.

Huma appellaw ukoll sabiex il-Gvern jaħdem magħhom fuq din il-policy. Policy li mhux implimentata f’Malta u pajjiż ieħor biss fl-Ewropa.