Internazzjonali

Illum fl-Eġittu: Laqgħat importanti bejn il-Hamas u Iżrael

Matul il-ġurnata tat-Tnejn, mistennija li jiltaqgħu l-medjaturi f’diskussjoni indiretta bejn il-Hamas u Iżrael dwar il-waqfien mill-ġlied u l-paċi fil-Medda ta’ Gaza.

Kien proprju għalhekk li wara li ressaq pjan ta’ 20 punt għall-paċi, il-President Amerikan Donald Trump qed iħeġġeġ lil dawk kollha involuti fil-pjan għall-waqfien mill-ġlied f’Gaza sabiex jgħaġġlu fil-proċessi tagħhom.

Il-laqgħa qed issir wara li fl-aħħar jiem, il-Hamas qablu ma’ numru ta’ punti mill-pjan għal paċi li ppreżentat l-Istati Uniti, inkluż li jinħelsu numru ta’ ostaġġi, li t-tmexxija f’Gaza tingħata lit-teknokratiċi Palestinjani… iżda se tkun qed tinnegozja b’rabta ma’ numru ta’ punti oħra ta’ dan il-pjan.

Il-Hamas jidher li ma indirizzawx il-fatt li ġew mitluba jagħmlu diżarm u anke sabiex ma jkunux parteċipi fl-ebda rwol governattiv f’Gaza ‘l quddiem.

Intant, il-Presient Amerikan Donald Trump spjega li għandu jseħħ il-ftehim fl-iqsar żmien possibbli nkella se jseħħ aktar tixrid ta’ demm.