Raġel ta’ 52 sena minn Ħal Tarxien tressaq il-Qorti mixli b’serq aggravat wara li nqabed fil-fatt jisraq ġugarelli tal-Playmobil minn fabbrika fiż-Żejtun. L-imputat, Robert Borg, ġie arrestat il-Ħadd wara li allegatament kisser il-bieb tal-fabbrika li taġixxi bħala ‘subcontractor’ tal-kumpanija Playmobil.
Il-preżenza tiegħu nqabdet minn kamera b’sensor u għalhekk ġiet imsejħa l-pulizija li sabitu fil-post b’xi ġugarelli fil-pussess tiegħu. Borg wieġeb mhux ħati għall-akkuża ta’ serq aggravat. L-avukat tad-difiża Nicholas Mifsud ma talabx għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju u għalhekk l-imputat ġie miżmum taħt arrest preventiv.
Il-kawża saret quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, bil-prosekuzzjoni titmexxa mill-avukat tal-Avukat Daniel Vancell mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali assistit mill-Ispettur Darryl Farr, filwaqt li l-avukat Nicholas Mifsud deher għall-akkużat.
//= $special ?>