Internazzjonali

Jirriżenja l-Prim Ministru ta’ Franza

Illum tħabbret ir-riżenja tal-Prim Ministru Franċiż Sébastien Lecornu – ġurnata biss wara li ħabbar il-Kabinett tal-Ministri.

L-aħbar ħarġet wara li l-Prim Ministru kellu laqgħa ta’ siegħa mal-President Marcon.

Ħafna analisti qed jgħidu li kienu xxukjati b’din id-deċiżjoni.

Lecornu kkritika b’saħħa n-nuqqas ta’ rieda politika biex jintlaħaq kompromess għall-futur tal-Gvern Franċiż.

Dan kollu seħħ 26 jum biss wara li Lecornu kien appuntat Prim Ministru, wara li kkollassa l-Gvern ta’ Francois Bayrou.