Sport

Jirtira Sinner mix-Shanghai Masters 

L-14-il edizzjoni ta’ Shanghai Masters  tkompliet f’Qizhong Forest Sports City Arena’, fid-distrett ta’ Minhang li għandu fond ta’ premjijiet ta’ 9 miljun dollaru.

Mill-bosta partiti għal min jikkwalifika mal-aħħar sittax kien hemm is-suċċess għal Novak Djokovic seed numru 4 fil-kompetizzjoni li kontra Yannick Hanfmann kellu jitħabat aktar milli mistenni biex ikkwalifika. Kien Hanfmann li rebaħ l-ewwel set 6 – 4 . Reazzjoni minn Djokovic fit-tieni set li xorta kien ibbilanċjat bi Djokovic jgħalaq 7 – 5 . Is-set deċiżiv kien dominat minn Djokovic li rebaħ 6 – 3 u post mal-aħħar sittax.

Għal kuntrarju Jannik Sinner tal-Italja, seed numru 2 fil-kompetizzjoni u rebbieħ tal-edizzjoni tal-2024, fil-partita kontra Tallon Griekspoor tal-Olanda, seed numru 27, kien kontratt fit-tielet set meta fi żvantaġġ ta’ 3 – 2 ħass uġigħ f’riglejh il-leminija. Sa dak il-ħin wara li l-istess Sinner kien rebaħ l-ewwel set 7 – 6, fit-tieni set kien Griekspoor li rebaħ it-tieni set 7 – 5, bit-tielet wieħed destinat li jkun dak deċiżiv u li matulu Sinner irtira.