L-eks Kap tal-Aħbarijiet tas-Super One Sandro Mangion qal li kien ixxokkjat li Prim Ministru suppost “soċjalista” uża lingwaġġ estrem biex jopponi l-abbozz tal-PN dwar l-ambjent. U sejjaħ lil Abela biex ma jitħalliex jinġarr minn elementi estremisti – sempliċiment biex jiskorja punti politiċi.
“Ma stajtx nemmen lil widnejja xħin smajt lill-Prim Ministru “soċjalista” u “xellugi” tagħna jipprova jippreżenta lill-ħaddiema “barranin” bħala sors potenzjali ta’ theddida għat-tradizzjonijiet tagħna, bħall-festi”, qal Mangion fuq Facebook.
Filwaqt li kritika lill-partiti kollha li jużaw ċertu diskors estrem, l-eks editur ta’ One News ma ddejjaq xejn jagħti ċamata lil Robert Abela.
“Il-Prim Ministru tagħna tajjeb li jkollu min jagħtih pariri aħjar dwar x’jgħid qabel jinxtegħel il-mikrofonu – nies li t-twemmin tagħhom għandu jkun soċjalista demokratiku”, kiteb Sandro Mangion.
