Lokali Parlament

Leħen Malta fil-Kunsill tal-Ewropa għandu jibqa’ sod favur il-paċi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg


Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-parlament li leħen Malta fil-Kunsill tal-Ewropa għandu jibqa’ sod favur il-paċi.


Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg illum tkellem fil-parlament f’seduta li għaliha attenda il-President tal-Kunsill tal-Ewropa Theodoros Rousopoulos u li fiha tkellmu wkoll il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ispeaker Anġlu Farrugia.


Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li dejjem kien hemm rabta qawwija bejn Malta u l-Kunsill tal-Ewropea, sħubija li ilha 60 sena li fiha Malta imxiet id f’id ma’ stati oħra fit-tħaris tad-demokrazija u l-protezzjoni tal-pedament tal-wirt komuni. Hu kompla li r-rwol ta’ Malta fil-Kunisll hu dmir solenni li jmexxu l-quddiem il-valuri wara snin ta’ gwerra u firdiet.


Il-Kunsill tal-Ewropea hu sinjal ta’ tama għal Malta u xempju tad-demokrazija u l-libertà. Dawn huma l-gwida politika u l-kejl li jitkejlu bih kull gvern u kull isituzzjoni. Id-dinja għaddejja minn taqlib, sostna Alex Borg, li qal fl-Ukrajina qed ikun attakkat b’dirett fuq il-liġi internazzjonali filwaqt li f’Gaża qed isseħħ traġedja umana li titlob solidarjetà.


Dan filwaqt li fl-Ewropa qed jiżdiedu l-estremiżmu li jista’ jxejjen it-tessut demokratiku. Madwar is-soċjetà qed jikber it-tixrid ta’ informazzjoni falza li jivvalenza d-dibattiu pubbliku u jgħaddjef id-demokrazija Maltija. Il-Kunsill tal-Ewropa jibqa’ indispensabbli għaliex quddiem il-gwerra jitkellem dwar il-paċi.


Alex Borg qal li Malta dejjem emmnet fil-qawwa tal-vuċi kollettiva u hi prova li anki l-iżgħar stat jista’ jikkontribwixxi għall-paċi. Għalhekk leħen Malta għandu jibqa’ sod u ċar fil-Kunsill tal-Ewoopa.


Il-Kunsill tal-Ewropa jgħaqqad lill-poplu Malti għaliex id-demokrazija hi wirt li għandha tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-valuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà għandhom ikunu prinċipji li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-poplu kollu, sostna l-Kap tal-PN Alex Borg.