Mara ta’ 84 sena residenti n-Naxxar, għal xi d-disgħa u nofs tat-Tnejn filgħodu, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kappella Ta’ Xagħra, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Hyundai Excel, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 84 sena residenti n-Naxxar.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>