Il-Unjin tal-Bankiera ikkonfermat li mid‑Tlieta filgħodu ser jidħlu fis‑seħħ id-direttivi li kienu mħabbra, hekk kif dalgħodu l-unjin stenniet proposti tanġibbli mingħand il-bank HSBC – iżda dawn ma waslux.
Il-MUBE stqarret li minkejja li l-approċċ li qed tieħu fin-negozjati huwa wieħed prattiku fl-opinjoni tagħha, s’issa ma kien hemm ebda żblokk jew tip ta’ żvilupp konkret f’dak li għandhom x’jaqsmu l-ħaddiema u s-sitwazzjoni tal-bank HSBC.
L-MUBE saħqet li n-negozjati qed isiru f’baħħ totali u allegat li qed titlef il-fiduċja f’min iħaddem lill-membri tagħha, ċioè proprju fil-bank HSBC. L-Union ikkonfermat li żdiedu n-negozjati mas-sidien ta’ CrediaBank filwaqt li insistiet li l-interessi tal-ħaddiema tal-HSBC preżentament huma l-aktar ħaġa importanti.
L-MUBE madanakollu ħeġġet lil membri kollha tagħha sabiex isegwu l-imsemmija direttivi mit-Tlieta filgħodu la darba ma jkun hemm ebda żviluppi fin-negozjati.
L-Union saħqet li tifhem il-frustrazzjoni li għandhom kemm dawn il-ħaddiema li ħaqqhom ħafna aktar mill-problemi li spiċċaw iħabbtu ma’ wiċċhom wara snin ta’ servizz u lealtà.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		