Albert Buttigieg
Shadow Minister
għan-Newrodiversità
u l-Ħarsien tat-Tfal
Matul dawn is-snin, dawn it-tliet persuni mhux biss ħadmu, u min kien iħaddimhom faħħarhom bħala ħaddiema bieżla, ħaslu t-taxxa, bnew familjiimma fuq kollox qatt ma taw fastidju lil ħadd.
Matul dan id-diskors staqsejt għaliex il-Gvern Laburista filwaqt li qiegħed idaħħal il-mijiet u l-eluf tal-ħaddiema barranin spiċċa biex keċċa lil dawn it-tlieta. Staqsejt: Possibbli dawn kien żejda?
Staqsejt għaliex huma ġew deportati filwaqt li oħrajn li jiksru l-liġijiet, bħal dawk li jkun ta’ kull filgħaxija jbiegħu d-drogi fil-ġnien ta’ Spinola f’San Ġiljan jew dawk li jħossuhom li huma xi ‘king’ ta’ ċertu lokalitjiet, għandhom fostna?
Mill-ġdid nemmen li l-Gvern li jiftaħar li huwa Soċjalist, qiegħed jimxi b’żewġ rigiet jew kif jgħidu l-Inglizi, two weights and two measures.
Imma l-punt li nixtieq niġbet l-attenzjoni f’dan l-artiklu huwa li b’dispjaċir nnota li l-One News għamel rapport fuq dan id-diskors u mhux biss dawwar dak li għidt imma spiċċa biex xewwex lis-segwaċi tiegħu. Dan wassal biex it-trolls – jiġifieri dawk li jikkumentaw – ħarġu bi ħġarhom. Diversi kienu l-kummenti mhux biss kienu negattivi u aggressivi imma anke kattivi u personali kemm lejn dawn it-tliet Etjopjani u kemm lejha.
Filwaqt li ġejt mgħallem li naqax fil-livel baxx bħall-ħaddieħor u li ma nibżax mill-bullies u t-trolls huma bullies b’mod virtwali imma l-punt tiegħi hawn huwa li dawn it-trolls qegħdin jagħmlu ħsara lil demokrazija tagħna.
Nitbiegħdu mill-kummenti
mhux aċċettabbli
Filwaqt li kulħadd għandu dritt għal opinjoni tiegħu imma ħadd ma għandu dritt li jitgħajjar u jżebblagħ lil min ma jaqbilx miegħu. Li wieħed ma jaqbilx ma’ xi ħadd hi l-bażi tad-demokrazija. Li wieħed mingħajr ma jaqra’ dak li jkun hemm imma pront jikteb kummenti aggressivi u baxxi, mhux aċċettabbli.
Dan qed iwassal biex ma jkunx hawn diskussjonijiet maturi.
Filwaqt li kull Deputat għandu d-dritt u saħanistra d-dmir li jesprimi l-fehma tiegħu imma huma diversi dawk Deputati li qegħdin iħossuhom ikunu intimitati, kundizzjonati u mbeżża’ minn dawn it-trolls.
Dan qed iwassal biex id-Deputati joqogħdu lura għaliex ma jridux jispiċċaw mira ta’ dawn it-trolls.
Meta jiġri dan, allura l-istess demokrazija tkun ikkundizzjonata minn dawn it-trolls.
Dan mhux qed jiġri biss f’pajjiżna imma anke f’pajjiżi oħra fejn l-aġenda politika qegħda tkun kundizzjonata minn dawn it-trolls li jikkundizzonaw id-diskors u l-fehma ta’ oħrajn. Jekk wieħed jara x’qed jiġri fl-Istati Uniti wieħed jifhem xi ħsara qegħda ssir lid-demokrazija Amerikana.
Filwaqt li nifhem li kull media house għandha l-aġenda tagħħa imma kull media house trid tifhem ukoll ir-responsabbiltà kbira li hi għandha li twassal il-veritaà. Il-midja – kull medja – ma tistax biex takkwista points politiċi tispiċċa xxewwex lin-nies u ma tirrapportax rapport oġġettiv. Meta nxewwxu lill-poplu, allura l-poplu jixxewwex u jispiċċa jinfired aktar.
Ikun kollu ipokresija meta mbagħad noqogħdu nitkellmu fuq l-għaqda ta’ bejnietna u l-bżonn li ma nħallux kliem ta’ mibgħeda fostna!
Konklużjoni
Filwaqt li nifhem lis-suġġett dwar ir-refuġjati huwa wieħed li jġib opinjonijiet differenti u emozzjonijiet differenti imma tajjeb li niftakru wkoll li ma nħallux it-trolls jikkundizzjonaw id-diskorsi politiku u l-aġenda fil-Parlament.
Dan mhux xi attakk fuq l-espressjoni tal-libertà imma appell sinċier.
Għaldaqstant, nagħmel appell lill-media houses kollha u l-ġurnalisti kollha biex jifhmu li filwaqt li tajjeb li jagħmlu xogħolhom għaliex permezz ta’ xogħolhom huma jsaħħu d-demokrazija imma ma jistgħux jagħtu lok biex ħaddieħor jinfexx jitgħajjar u jżellagħ lil ħaddieħor sempliċiment għaliex għandu opinjoni differenti.
Irridu nkunu maturi nifhmu li naċċettaw opinjonijiet differenti, anki jekk ma naqblux magħhom, imma qatt m’għandna nirrikorru għat-tgħajjir u tixwix.
Dan l-artiklu deher f’Il-Mument tal-Ħadd 5 ta’ Otttubru, 2025.
//= $special ?>