Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar tal-kannabis

Raġel ta’ 39 sena mill-Etjopja, ġie arresta mill-pulizija b’rabta ma’ traffikar tal-kannabis.

Il-Pulizija wettqu tfittxija f’ħanut fi Triq il-Maskli, il-Qawra fejn allegatament kienet qed tkun
ittraffikata d-droga. Fit-tfittxija nstabu ftit inqas minn kilo u nofs sustanza suspettata kannabis b’valur fis-suq li jlaħħaq madwar €15,000 . Ġew elevati wkoll ftit iktar minn €64,500 fi flus
kontanti.Il-Maġistrat, Monica Borg Galea, ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.