Il-Kumitat Parlamentari tal-Verifika qabel li l-Awtorità tal-Artijiet għandha tagħmel rapport ieħor ta’ stima dwar il-konċessjoni li kienet ingħatat lil-Lukanda Fortina mill-Gvern Laburista fl-2019.
Dan kien deċiż illum f’laqgħa tal-Kumitat Parlamentari tal-Verifika li kien presedut mid-Deputat Prim Ministru Ian Borg u fih l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mid-deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Stanley Zammit.
Dan il-kumitat qed jistħarreġ il-konċessjoni li ngħatat lil-Lukanda Fortina mill-Gvern Laburista. F’din il-konċessjoni kien hemm rapporti ta’ stima li vvultaw il-propjetà fl-ammont ta’ €24 miljun iżda l-Gvern Laburista approva u aċċetta biss ħlas ta’ €8 miljuni mingħand il-Fortina.
F’rapport li għamel dwar dan il-każ, l-Awdtir Ġenerali (NAO) sab li l-kuntratt tal-2019 kien irregolari, sottovalutat u mmexxi b’governanza ħażina. Min-naħa tiegħu l-NAO kien ivvaluta din il-konċessjoni fl-ammont ta’ €21 miljun’ €13-il miljun inqas minn dak stipulat mill-Gvern.
F’dan il-każ kien hemm rapport ta’ stima li kien inżamm miċ-Chairperson tal-Awtorità tal-Artijiet iżda rah ukoll iċ-Cheif of Staff tal-Ex Prim Ministru Joseph Muscat. Din il-valutazzjoni kienet dik ta’ €23 miljun u li għalhekk ifisser li l-poplu Malti kien misruq €16-il miljun.
L-NAO tsabilixxa wkoll li kien hemm ksur gravi ta’ governanza fl-Awtorità tal-Artijiet, soppressjoni ta’ rapporti u infromazzjoni skorretta ppreżentata lill-ministru responsabbli u anki lill-parlament.
Il-Kumitat Parlamentari dwar il-Verifika ddiskuta l-valutazzjonijiet li saru u qabel li għandhom jingħataw xahrejn ċans ta’ xahrejn lill-Awtorità tad-Djar minħabba li r-rapporti sarux skont ir-regoli. Il-membrit al-kumitat iddiskutew l-obbligi li għandhom l-Awtorità tal-Awtoritajiet u l-NAO quddiem konċessjonijiet bħal dawn. L-NAO sostna li l-valutazzjonijiet tiegħu saru skont ir-regoli u l-prattiċi tal-Uffiċċju u fihom kien hemm involuti ukoll periti. L-uffiċjal tal-NAO sostna li l-iskrutinju rikjes mill-NAO hu differenti minn dak tal-Awtorità tal-Artijiet u li l-NAO ma jista’ qatt jieħu post l-Awtorità tal-Artijiet.
//= $special ?>