F’Beijing intlagħbet il-finali tad-doubles tan-nisa taċ-China Open. Suċċess ieħor għal koppja Sara Errani u Jasmine Paolini tal-Italja fuq Miyu Kato tal-Ġappun u Fanny Stollar tal-Ungerija.
Dan kien id-disa’ titlu għal koppja Errani – Paolini filwaqt li għal Sara Errani kien is-36 titlu fil-karriera. Wara li Kato u Stollar rebħu l-ewwel set 7 – 6 b’tie break, it-tieni set kien dominat għal kollox minn Errani u Paolini li rebħu 6 – 3 sabiex eventwalment rebħu wkoll l-aħħar set 10.
//= $special ?>