Il-Pulizija ta’ San Ġiljan irreġistrat 19-ir rapport f’anqas minn ħames xhur din is-sena, li jinkludi s-sajf, mir-residenti tas-Swieqi dwar storbju kaġunat minn mużika għolja jew argumenti, minn barranin li kienu qed joqogħdu f’proprjetajiet li jinkludu short let kemm waqt li dawn kienu fl-istess proprjetajiet, jew waqt li dawn ikunu barra fi triqthom jew deħlin għall-istess proprjetajiet.
F’kull każ meta l-Pulizija setgħet tivverifika dan l-istorbju, il-persuni konċernati ġew imwissija biex jieqfu u kien hemm każ fejn anke inħarrġu akkużi.
Jirriżulta wkoll li fl-istess perjodu bejn Jannar u t-22 ta’ Settembru 2025, li l-Pulizija irċeviet 45 rapport dwar noise pollution ta’ stabbilimenti.
Dan jirriżulta minn tweġibiet li ta fil-Parlament Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalisra Albert Buttigieg.
//= $special ?>