Lokali Parlament

55 inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku

F’anqas minn ħames xhur bejn Mejju ta’ din is-sena u t-23 ta’ Settembru, kien hemm 55 persuna li ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku.

Dwar l-użu tal-kannabis fil-pubbliku tkellem il-Ministru Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.