Sport

Bormla Subbuteo Club jirbħu l-International Grand Prix ta’ Estepa Spanja 2025

Bormla subbuteo club bdew l-istagun 2025-2026 bħalma ħallew l-istagun li għadda billi rebħu l-International Grand Prix ta’ Estepa Spanja  2025 meta fil-finali għelbu lil Murcia ta’ Spanja 2-2  iżda b’differenza ta’  erba’  goals vantagg.

Il-Bormlizi rebhu dan it-turnew fost 16-il tim fejn fi Grupp 1, bi tliet rebħiet minn tlieta, rebħu lill-Ispanjoli ta’ Remedios AC  4-0;  lil Subbuteo Sombrero tal-Italia 3-1;  lil Mallorca Aguilas ta’ Spanja 2-1 biex fil kwartifinali rebħu lil Tiburones FM ta’ Spanja  4-0 u fis-semifinali rebħu lil Dragons sc ta’ Spanja fejn qatgħu passaġġ għall-finali u rebħu r-4  turnament konsekutiv wara Messina u l-Major ta’ Ateni u l Ġermanja biex issa naqqxu isimhom ukoll fit-turnew ta’ Estepa Spanja fejn din is sena BormlaSc  li ilhom ‘il fuq minn sena u erbgha xhur fl-ewwel post dinji fil-klassiifika.

Fl stagun li għadda rebħu b’kollox 5 Grand Prix f’Caen, Eugies, Vjenna, Messina u Ludwisburg kif ukoll 2 International Opens f’Mechelen u f’Malta u rebħu l-Major ta’ Ateni u telgħu fuq il-podju 8 darbiet  minn 20 turnew biex issa bdew l-istaġun 2025-2026 b’rebħa f’Estepa, Spanja, li hija l-lSKOLA tat-tim nazzjonali Spanjol. It-tim kien kompost minn Captian Charlie Aquilina, George Ebejer, Spanjol David Bermudez Gonzalez, u Josef Camilleri.

L-impenn li jmiss ikun il-weekend li ġej għal Grand Prix f’Eugies, il-Belġjum.

Is Sibt fl-Individali fil Kategorija Open kien David Bermudez Gonzalez ta’ Bormla subbuteo club li ħareġ rebbieħ fuq il-Malti ta’ Bormla wkoll George Ebejer fejn f’logħba stupenda denja tal-preludju li sar fil-kompetizzjoni tat-timijiet, Gonzalez ħareġ tajjeb ħafna fejn mar 2-0 minn fuq. Rimonta ta’ Ebejer ġab id-draw 2-2 fejn fl-aħħar ħinijiet Gonzales rebaħ 3-2.

Gonzalez fis-semifinali rebaħ lill-Portugiz Sergio Ramos 2-1 filwaqt li Ebejer rebaħ lil Angel Valverde 3-2 wara l-għoti tax-shots fejn il logħba spiċċat 1-1. Fl-Open Josef Camilleri wasal sal-kwartifinali fejn tilef 1-2 kontra Sergio Ramos filwaqt li Charles Aquilina wasal sal-kwartifinali fejn tilef 0-1 mar-rebbieħ tal-kompetizzjoni John Field, iex Bormla Subbuteo club fi Spanja  rebħu total ta’tnejn debeb, u waħda fidda.