Lokali Qorti

Ġarr sikkina bla permess u għex ħajja ta’ għażż

Portugiż ta’ 44 sena, li ilu Malta ftit xhur ġie mmultat €141 wara li ammetta li ġarr sikkina bla permess u li hedded persuni u dejjaq lin-nies u ħareġ ‘il barra mil-limiti tal-provokazzjoni.

Il-persuna akkużata, Jorge Miguel Martos Sequeira Rodrigues, ġie arrestat mill-Pulizija u ġie mixli quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li wettaq dawn ir-reati nhar il-Ħadd u nhar it-Tnejn filgħaxija, fil-Hostel Malti f’Birkirkara.

Fil-Qorti, l-Ispetturi Christian Xuereb u Kelsey Bugeja, li ressqu l-akkużi f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija, akkużaw lill-imputat ukoll li kiser il-paċi pubblika u li għex ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ.

Il-Qorti tat iċ-ċans lill-imputat biex jerġa’ jaħsibha, dwar l-ammissjoni tiegħu u qal li kien se jħalli kollox f’idejn l-Avukat tal-Għajnuna Legali Maria Karlsson, hekk kif ikkonferma magħha wkoll li kien se jammetti.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Christian Xuereb u Kelsey Bugeja.