Wara li l-ġimgħa li għaddiet Taylor Swift ħarġet l-album il-ġdid tagħha, Life of a Showgirl, il-pubbliku rreaġixxa b’mod drastikament differenti – min jgħid li l-album sabiħ, u min jgħid li dan hu l-agħar album li qatt ħarġet il-kantawtriċi.
Dan l-album, li jikkonsisti minn 12-il kanzunetta, irċieva għadd ta’ opinjonijiet differenti, b’mod partikolari fuq TikTok. Ħafna persuni qablu li l-ewwel kanzunetta f’dan l-album, Fate of Ophelia, hi l-isbaħ kanzunetta f’dan l-album, iżda wara din il-kanzunetta, l-opinjonijiet bdew ivarjaw.
Mill-kanzunetta Father Figure, ħafna persuni ammettew li minkejja l-lirika ta’ din il-kanzunetta juru sens ta’ ironija, ħafna persuni xorta qablu li l-lirika ma tantx tagħmel sens.
Ħafna nies sabu wkoll problema bil-lirika tal-kanzunetta CANCELLED!, fejn Taylor Swift qalet li tħobb lil sħabha li ġew ‘ikkanċellati’ u mdawrin bl-iskandli. Online ħafna persuni qalu wkoll li l-lirika m’għamlitx sens.
Waħda mill-iżjed kanzunetti li rċeviet kritika online mill-album kienet il-kanzunetta Wood, fejn minbarra li ħafna persuni sabuha espliċita, il-maġġoranza tal-persuni sempliċiment qalu li din kienet l-agħar kanzunetta fl-album, tant li qalu li jixtiequ jħassru l-kanzunetta mill-memorja tagħhom.
Ħafna nies online rrealizzaw ukoll li hemm għadd ta’ kanzunetti fl-album li probabbli ġew sampled minn kanzunetti ta’ artisti oħrajn, fosthom kif il-kanzunetta Wood għandha l-istess timbru bħal-kanzunetta I Want You Back ta’ Jackson 5, u kif il-kanzunetta Life of a Showgirl wkoll għandha l-istess timbru bħal-kanzunetta Cool tal-Jonas Brothers.
Taylor Swift irċeviet kritika fuq dan minħabba li fil-passat, Swift tellgħet xi artisti oħrajn il-Qorti talli huma għamlu l-istess ħaġa bil-kanzunetti tagħha.
Minkejja l-kritika, il-fans ta’ Taylor Swift, magħrufin bħala Swifties, iddefendew l-album.
//= $special ?>