Permezz ta’ artiklu fit-Times of Malta, il-President tal-Malta Chamber, William Spiteri Bailey, sostna li hemm hafna xquq fl-ekomomija ta’ pajjiżna. U li dawn huma wisq kbar biex jiġu injorati.
Spiteri Bailey semma’ li l-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna hu mibni fuq żieda fil-kostruzzjoni, fil-ħaddiema u fit-turisti; iżda dan spiċċa kkawża żieda esaġerata fit-traffiku, is-servizzi pubbliċi spiċċaw waslu f’dak li sejjaħ ‘breaking point’, filwaqt illi saret impossibli għal ħafna persuni biex jixtru propjeta.
Hu sostna li dan kollu mhux sostenibbli, u li dan mhuiex il-futur li nixtiequ għat-tfal tagħha. U jekk pajjiżna jibqa’ sejjer hekk, il-kompettivita’, ir-reputazzjoni, u l-kwalita’ tal-ħajja se tkompli tonqos.
Fl-artiklu, Spiteri Bailey sema’ dak li għandu bżonn pajjiżna – fosthom kompettivita’ aħjar, ppjanar u politika iżjed iffukata, użu aħjar tal-fondi pubbliċi, u governanza aħjar permezz ta’ riforma fix-xiri minn naħa tal-Gvern.
Hu sostna li Malta m’għandiex tkun il-gżira li minnha ż-żgħażagħ jitilqu; iżda post fejn tgħix u tibni futur.
Il-messaġġ tal-Malta Chamber hu ċar: li żmien in-nofs miżuri għadda. Filwaqt li fakkar kif għal perijodu twil pajjiżna rrifjuta li jieħu deċiżjonijiet diffiċli u minflok il-Gvern prefera soluzzjonijiet ta’ malajr.
Iċ-Chamber qed tgħid li bżonn li pajjiżna jibda jieħu deċiżjoniet kuraġġużi issa, jew inkella nikkundannaw lilna nfusna għall-medjokrita’.
Il-Malta Chamber qed tagħmel appell b’saħħtu favur il-kwalita’ fuq il-kwantita’. U biex il-kompetittivita’, il-ġustizzja u s-sostenibbiltà ma jibqgħux biss slogans, iżda jsiru realtà.
//= $special ?>