Il-Bord tad-Diretturi tal-Akkademja Internazzjonali tal-Ordni ta’ San Lazzru qed jestendi s-sħubija permezz ta’ sejħa pubblika għall-storiċi, akkademiċi u studenti, kif ukoll membri tal-pubbliku li għandhom interess dwar l-istorja u t-tradizzjonijiet tal-ordnijiet tal-kavallieri u ordnijiet oħra.
Din is-sejħa hi miftuħa speċifikament għal dawk l-individwi li mhumiex membri tal-Ordni Militari u Ospitaliera ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm, iżda jixtiequ jsiru jafu aktar dwar dawn is-suġġetti.
L-għanijiet tal-Akkademja jinkludu t-tixrid tal-għarfien storiku dwar l-Ordni Militari u Ospitalliera ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm li ilha teżisti sa mis-seklu 11, u ta’ ordnijiet oħra tal-kavallieri. Ir-riċerka storika li ssir fi ħdan l-Akkademja tista’ tkun tinkludi wkoll il-ġerarkiji, it-tradizzjonijiet, ir-regoli u l-istorja antika ta’ dawn l-ordnijiet, kif ukoll dwar ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Knejjes Kristjani.
L-Akkademja hi bbażata f’Malta u hi NGO rreġistrata [VO/1969]. Minn mindu twaqqfet, l-Akkademja diġà organizzat diversi konferenzi internazzjonali inklużi Malta (2015), Palermo (2017), Malta (2019), Gotha fil-Ġermanja (2023) u għal darb’oħra f’Malta (2024).
Il-Bord Internazzjonali tad-Diretturi hu magħmul minn: Prof. Charles Savona-Ventura, Direttur; Prof. Michael Wallis Ross, Viċi Direttur; Carmel Bonello, Segretarju u Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi; Dr. Raymond Gatt, Teżorier; Dr. Andreas Rademachers, Membru; il-Konti de Évora, Membru; Prof. Horatio C.R. Vella, Arkivista u Storiku tal-Ordni; u Sijt de Boom, li hu n-nominat mill-Fondazzjoni tal-Ordni.
Il-Bord tad-Diretturi ddeċieda li ma jiġborx ħlas ta’ sħubija, għalissa.
Dawk il-persuni li jixtiequ jissieħbu f’din l-Akkademja għandhom jimlew din il-formola:
Acta Historiae Sancti Lazari Ordinis:
Kull sena l-Akkademja tippublika sensiela ta’ artikli riċerkati. S’issa diġa’ ħarġet seba’ volumi ta’ din il-publikazjoni.
Ippubblikat bl-Ingliż, kull wieħed minn dawn is-seba’ volumi jistgħu jinxtraw minn Lulu.com jew billi tikklikkja fuq din il-link: https://www.lulu.com/shop/michael-ross-and-horatio-cr-vella-and-charles-savona-ventura/acta-historiae-sancti-lazari-ordinis-vol-7/paperback/product-7key58p.html?page=1&pageSize=4
Permezz ta’ din il-link tista’ ssib u tfittex ukoll informazzjoni dwar pubblikazzjonijiet oħra maħruġa mill-Akkademja. Aktar kmieni din is-sena, l-Akkademja ħarġet ukoll “L-Istatuti Primittivi tal-Patrijiet tal-Gwerra u r-Regoli ta’ San Benedittu u Santu Wistin”.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websajt tal-Akkademja: http://www.lazarus-academy.com/
//= $special ?>