Lokali Parlament

L-industrija Maltija għandha tinvesti biex tikkumbatti l-abbużi ċibernatiċi

Beppe Fenech Adami, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li l-industrija Maltija għandha tinvesti biex tikkumbatti l-abbużi ċibernatiċi.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar il-konflitti internazzjonali u l-mod kif dawn kienu jiġu riżolti u qal li qabel, il-gwerra kienet l-uniku mod kif jissolvew il-kwistjonijiet internazzjonali iżda issa hemm modi oħra kif dawn ikunu riżolti fosthom milli jkunu mposti s-sanzjonijiet.

Hu qal li dawn is-sanzjonijiet fuq pajjiżi ġenrerali kienu qed iwasslu biex l-aktar li jbatu jkunu l-popli innoċenti. Għalhekk kienu żviluppati s-sanzjonijiet fuq entitajiet anki kummerċjali speċifiċi fosthom kumpaniji taż-żewt jew oħrajn li jittraffikaw fl-armanenti. Kien hemm sanzjonijiet oħra fil-konfront ta’ gruppi terrorstiċi bħat-Taliban jew l-ISIS li kienu qed jiġu finanzjati.

Beppe Fenech Adami qal li dawn is-sanzjonijiet wasslu biex il-gruppi terroristiċi naqqsu mis-saħħa tagħhom. Hu semma’ s-7 ta’ Ottubru 2023 u espriema kundanna għall-attakki terroristiċi li saru mill-Ħamas dakinhar u qal li l-PN jinsisti li l-ostaġġi kollha jinħelsu flimkien ma’ waqfien mill-ġlied f’Gaża biex jinħolqu żewġ stati fir-reġjun.

Beppe Fenech Adami qal li jistgħu jsiru wkoll sanzjonijiet fil-konfront ta’ persuni bħal am sar fuq biljunarji Russi u anki fuq il-President Putin. Sanzjonijiet oħra huma fuq safar u użu ta’ spazju ta’ pajjiż

Kull pajjiż għandu jkun jaf l-obbligi tiegħu fil-kuntest tas-sanzjonijiet fi ħdan l-UE, sostna Beppe Fenech Adami, li tkellem dwar l-abbużi mis-sistemi tal-crypto. Hu appella biex l-industrija u l-Istat Malti jaġġorna biex Malta ma tintlaqatx minn abbużi kbar li jsiru internazzjonalmnet. Iktar minn 70% tan-negozji f’Malta ma nvestew xejn dwar possibbiltà ta’ abbużi ta’ dan it-tip.