Lokali Parlament

Persuna fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li għandha każ fil-Qorti

Fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jew fid-dekasteru tal-ministeru, hemm każ wieħed ta’ persuna li tinsab fuq sospensjoni prekawzjonarja u bħalissa tinsab sospiża bi 80% tal-paga, minħabba każ kriminali pendenti fil-Qorti kontriha.

Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru fil-Kabinett ta’ Robert Abela, Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.