Futbol Sport

Pitch tal-futbol b’wiċċ sintetiku ġdid għal Swieqi United

Il-wiċċ sintetiku ġdid, fl-iskola Primarja ta’ Pembroke.
Il-wiċċ sintetiku ġdid, fl-iskola Primarja ta’ Pembroke.

Swieqi United inawguraw pitch tal-futbol b’wiċċ sintetiku ġdid, fl-iskola Primarja ta’ Pembroke. L-inawgurazzjoni ta’ dan il-pitch hi parti mil-proġett li sar bħala parti minn programm li jinvolvi l-bdil tal-uċuħ tal-pitches sintetiċi li ilu għaddej mill-2021, b’investiment totali ta’ madwar €8 miljun.

Il-ħidma fuq dawn il-proġetti qed issir b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Malta Football Association, li flimkien qed jaħdmu fuq pjan strutturat ta’ manutenzjoni u modernizzazzjoni kontinwa tal-pitches tal-football madwar Malta u Għawdex.

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ dan il-pitch il-ġdid ta’ Swieqi United kien hemm il-Ministru responsabbli mill-Isport, Clifton Grima, uffiċjali tal-MFA u ta’ Swieqi United, kif ukoll rappreżentanti tal-iskola u tal-lokalità.