Folla kbira ta’ Iżraeljani nġabret sabiex tfakkar it-tieni anniversarju minn meta bdew l-attakki tal-Hamas fuq Iżrael fis-7 ta’ Ottubru tal-2023. Dakinhar inqatlu 1,200 persuna filwaqt li 250 inżammu ostaġġi.
Saru ċerimonji ta ‘tifkira f’diversi siti, inkluż f’Kfar Aza Kibbuts u n-Nova musica festival grounds – propju fejn mijiet inqatlu fl-2023.
Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Keir Starmer ikkundanna l-protesti ppjanati favur il-Palestina li jikkoinċidu mal-anniversarju, u sejħilhom “mhux Britanniċi” u neqsin mir-rispett.
Keir Starmer iddeskriva s-7 ta’ Ottubru bħala “l-agħar attakk fuq il-poplu Lhudi mill-Olokawst” u afferma mill-ġdid l-impenn tal-Britannja biex tiżgura l-ħelsien tal-ostaġġi li għadhom miżmuma f’Gaża.
//= $special ?>