Lokali

Tittella’ l-bandiera wara r-rikonoxximent tal-istat Palestinjan

Telgħet uffiċjalment il-bandiera tal-Palestina barra l-ambaxxata tal-Istat tal-Palestina fis-Swieqi.

Din iċ-ċerimonja saret wara li Malta rrikonoxxiet lill-Palestina bħala stat fit-23 ta’ Settembru li għadda, waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York.

Preżenti għaċ-ċerimonja tat-tlugħ uffiċjali tal-bandiera Palestinjana, kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-PN Alex Borg u l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

L-Ambaxxatur Palestinjan radd ħajr lil Malta u esprima t-tama li r-rikonoxximent tal-istat Palestinjan ifejjaq ftit mill-uġigħ ikkawżat mill-ġenoċidju f’Gaza.