Il-Professuri John Clarke, Michel H. Devoret u John M. Martinis rebħu l-Premju Nobel għall-Fiżika għall-ħidma tagħhom fil-kamp tal-quantum physics….Ħidma li twitti t-triq għall-ġenerazzjoni l-ġdida tal-aktar kompjuters avvanzati.
Dan hu studju kruċjali għaliex ma hemm l-ebda teknoloġija avvanzata li ma tiddependix mill-quantum physics – partikularment fl-iżvilupp tat-telefons ċellulari, il-kameras u l-fibre optic cables.
Il-konferma tal-Premju tħabbret mir-Royal Swedish Academy of Sciences waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Stokkolma, fl-Iżvezja.
Il-Professur Clarke, illum, qed jaħdem fuq il-proġetti fl-Unversità ta’ California, f’Berkeley waqt li Michel H. Devoret hu professur fl-Università ta’ Yale. Il-Professur John M. Martinis hu membru tal-istaff fl-Università ta’ California, f’Santa Barbara.
It-tlieta se jaqsmu premju ta’ flus ekwivalenti għal madwar 900,000 ewro – u wara li l-Kumitat tan-Nobel irrikonoxxa l-iżviluppi importanti fil-ħidma tat-tlett professuri waqt sensiela ta’ esperimenti li jmorru lura għas-snin tmenin.
//= $special ?>