Lokali

Alex Borg f’laqgħa mal-Eks Ministru u Eks Aġent President Dolores Cristina

Matul din il-ġimgħa, il-Kap tal-PN Alex Borg kellu laqgħa kordjali mal-Eks Ministru Nazzjonalista Dolores Cristina – laqgħa li matulha kellu l-opportunità jitkellem dwar kif jistgħu jkomplu jsaħħu l-politika tal-PN f’oqsma li hi tafhom sew – l-edukazzjoni, il-familja u l-qasam soċjali.

“Kien interessanti għalija li nisma’ mingħandha suġġerimenti dwar dawn l-oqsma li fihom serviet bħala Ministru. Iddiskutejna wkoll it-tibdil li qed nagħmel kemm ilni Kap tal-Partit Nazzjonalista biex inkomplu nsaħħu l-ħidma tagħna bħala gvern alternattiv.”