Lejliet il-partita mistennija bejn it-tim nazzjonali Malti u l-Olanda, valida mill-Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, il-kowċ nazzjonali Emilio De Leo u l-plejer Joseph Mbong indirizzaw il-media.
Kemm De Leo kif ukoll Mbong tkellmu fuq il-progress u l-isfidi li se jaffaċċja t-tim, filwaqt li tkellmu wkoll fuq l-aspirazzjonijiet fuq livell internazzjonali.
Il-kowċ De Leo irrifletta dwar il-progress tat-tim Malti fi vjaġġ fejn it-tim ipprogressa u affaċja wkoll diversi ostakli. “Bdejn vjaġġ, iffaċjajna diffikultatjiet flimkien, imma hekk biss nistgħu nkomplu nikbru” stqarr De Leo.
De Leo qal ukoll li għalkemm l-aħħar riżultat kontra l-Olanda kien wieħed negattiv, fil-logħobiet li segwew it-tim wera li kiber ħafna. Il-kowċ nazzjonali irrikonoxxa l-fatt li ħafna mill-iżbalji fil-partita kienu tattiċi fejn insista li se jkun qed jiffoka fuq is-saħħa u l-kwalitajiet tat-tim tiegħu.
Il-kowċ De Leo emfasizza wkoll l-importanza li t-tim jibqa’ kkonċentrat u ffukat tattikament matul il-partita kollha, speċjalment meta qed jaffaċja tim tal-kalibru tal-Olanda. De Leo faħħar ukoll in-numru ta’ plejers li qed jilgħab f’kompetizzjonijiet Ewropej, fejn qal li dawn qed jiksbu esperjenza li tgħinhom mat-tim nazzjonali Malti.
Flimkien ma De Leo, Joseph Mbong ukoll kellu kliem ottimist, fejn qal li l-intensita’ fuq livell Euwropew hija waħda għola minn dak domestiku, li jgħinuh jikber bħala plejer. Mbong qal li l-plejers ikunu ħerqana li jilgħab f’partiti bħal ta’ għada, bil-plejers jinsabu motivati li jpattu għat-telfa fl-Olanda.
Illum: Malta v Olanda 8.45pm
//= $special ?>