Kien Staninir Miloskovic li poġġa lil Għaxaq Wolves fil-vantaġġ wara 26 minuta logħob sabiex fil-bidu tat-tieni taqsima, Louis Boulio għamel l-iskor indaqs għal San Ġwann.
Għaxar minuti minn tmiem il-partita kien Diego Ovallos li minn penalty skorja l-gowl deċiżiv b’Għaxaq b’hekk jiksbu l-ewwel tliet punti.
Valletta Stars li kisbu l-promozzjoni għelbu lil Balluta Barracudas bl-iskor kbir ta’ 5 – 1. Għal Valletta Stars spikka l-attakkant Kolombjan Federico Marine li skorja tliet gowls filwaqt li Abba Auwal skorja darbtejn.
Timothy Zammit Lupi kien ġab id-draw momentarju għal Balluta.
F’partita mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, iż-żewġ timijiet relegati mill-istaġun li għadda Mqabba Albions u Ta’ Ġiorni Wanderers spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls.
//= $special ?>