Lokali

Imwarrba l-ispekulazzjonijiet li s-sewwieq seta’ kellu attakk tal-qalb

Rapporti fil-Kroazja qed jindikaw li s-sewwieq tal-karozza li fiha kien hemm il-Maltin li tilfu ħajjithom fil-Kroazja ma sofriex minn attakk tal-qalb.

Skont il-portal Kroat Burin, mill-awtopsja ma ħareġ imkien li Kevin Bonnici, li kien qed isuq il-vettura, tah attakk tal-qalb. Bir-riżultati forensiċi juru li l-erba’ persuni kellhom qalbhom fi stat tajjeb ta’ saħħa.

Għalhekk, skont l-awtopsja, l-erba’ Maltin li tilfu ħajjithom waqt vaganza fil-Kroazja, aktarx li mietu mgħarrqa.

Huma kienu qed isuqu vettura mikrija, u din ma kinitx l-ewwel darba li l-Maltin kienu flimkien għal vaganza.

Il-koppja Jeremy Gambin u Lorraine Gambin ta’ 68 u 67 sena, u Kevin Bonnici u martu Alexandra Bonnici li kellhom 67 u 66 sena, mietu fl-inċident tal-Ħamis li għadda meta waqgħu minn għoli ta’ 70 metru minn fuq irdul għall-baħar.