It-taħdidiet indiretti bejn Iżrael u Gaza se jkomplu matul il-jum tal-Erbgħa wara li d-diskussjonijiet tat-Tlieta temmew bla ebda qbil.
Fit-tielet jum ta’ dawn id-diskussjonijiet, fuq in-naħa tal-Istati Uniti mistenni li jattendu Steve Witkoff flimkien mar-raġel tat-tifla ta’ Donald Trump Jared Kushner. Minn naħa tiegħu Trump, kien pożittiv f’għeluq is-sentejn minn meta l-grupp terroristiku Hamas attakka lil Iżrael.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu iddikjara, illi Iżrael se jkun qed jilħaq il-miri tiegħu f’din il-gwerra, cioè l-eliminazzjoni tal-grupp Hamas u l-ħelsien tal-ostaġġi Iżraeljani.
//= $special ?>