Kultura Lokali

It-toroq tal-Birgu se jerġgħu jinxtegħlu bix-xemgħat

L-avveniment annwali ta’ Birgufest, se jkun qed jerġa’ jittella’ fi tmiem din il-ġimgħa, fejn fost l-attivitajiet se terġa’ tispikka l-attività ta’ nhar is-Sibt, dik ta’ ‘Birgu by Candlelight’, fejn it-toroq, sqaqien u turġien tal-Birgu jinxtegħlu bix-xemgħat. 

L-attività se tkun qed issir fuq jumejn, bejn il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru u s-Sibt 11 ta’ Ottubru, bil-qofol jintlaħaq is-Sibt filgħaxija.

L-attività tal-Ġimgħa filgħaxija se tkun tikkonsisti f’kunċert imtella’ minn Stream, The Alchemists u Xarulu.

Il-qofol Imbagħad jintlaħaq is-Sibt filgħaxija fejn se jkunu qed jinxtegħlu mal-20,000 xemgħa fil-qalba ta’ din il-belt storika. Iżda apparti dan se jkunu qed jinfetħu l-knejjes kollha, il-Forti Sant Anġlu u l-Palazz tal-Inkwiżitur.