Lokali

Karozza li tista’ tinstaq minn pajjiż differenti

Minn karozzi jsuqu waħedhom għal karozzi li jistgħu jinstaqu minn postijiet remoti mingħajr ma tkun fiżikament preżenti fil-vettura jew fil-pajjiż fejn tinstab il-karozza.

Waqt attività organizzata l-Erbgħa waranofsinhar, saret dimostrazzjoni ta’ karozza li bdiet tinstaq minn taħt tinda – meta fil-verità, il-karozza kienet fuq barra. Imbagħad wara ftit ħin din l-istess karozza bdiet tinstaq saħansitra minn uffiċċju li jinsab fil-Ġermanja – xi ħaġa li żgur impressjonat lil dawk preżenti.

F’kummenti ma’ Net News il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija responsabbli minn dan il-proġett Graham Hili spjegalna eżatt kif taħdem din it-teknoloġija.

Din it-teknoloġija li l-kumpanija ilha taħdem fuqha għal dawn l-aħħar ħames snin tista’ tkun ta’ benefiċċju f’numru ta’ sitwazzjonijiet differenti.

Bħalissa din it-teknoloġija taħdem fuq karozzi elettriċi u l-ħsieb huwa li din it-teknoloġija tilħaq ħafna aktar pajjiżi fiż-żmien li ġej.