“ll-Partit Nazzjonalista se jkompli jippromovi li jkun hemm djar tal-anzjani fil-qalba tal-irħula sabiex l-anzjani ikollhom il-kwalita ta’ ħajja li tixirqilhom.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt żjara li għamel l-Erbgħa filgħodu f’Casa Arkati flimkien ma’ Sarah Bajada – fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u l-anzjani preżenti – li tawh merħba mill-isbaħ.
Mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-anzjani tkellmu fuq diversi mumenti ta’ ħajjithom kif ukoll awgurawlu għall-irwol li issa qed jokkupa. Dan apparti li matul iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, f’mument mill-aktar ħelu, qatta’ anke ftit ħin isajjar mal-anzjani.


F’kummenti ma’ Net News Alex Borg saħaq fuq l-importanza li nieħdu ħsieb l-anzjani u li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jfassal il-politika tiegħu bl-anzjani fiċ-ċentru.
Il-ħaddiema u t-tmexxija tad-dar tal-anzjani spjegaw il-ħidma li ssir ta’ kuljum sabiex l-anzjani jingħataw l-aqwa servizz possibbli iżda fuq kollox jaraw li l-anzjani jibqgħu attivi.


Huma spjegaw ukoll kif f’din id-Dar tal-Anzjani hemm ukoll Kumitat li huwa magħmul mir-residenti li ta’ kull xahar iressqu l-proposti tagħhom lejn it-tmexxija dan sabiex l-anzjani jkollhom l-attivitajiet li jixtiequ huma matul is-sena.

Intant, għal din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers Stephen Spiteri, Ian Vassallo u Paula Mifsud Bonnici.
//= $special ?>