Lokali

Novak Djokovic għeleb problemi ta’ injuries

Novak Djokovic għeleb problemi ta’ injuries u sħana qawwija meta għeleb lil Jaume Munar ta’ Spanja 6-3 ; 5-7; 6-2; biex kompla jittama li jirbaħ il-ħames titlu ta’ Shanghai Masters.

Iċ-champion tal-Grand Slam għal 24 darba deher li kien qed jitħabat wara uġigħ fl-għaksa u sejjaħ lill-kowċ f’numru ta’ okkażjonijiet biex jirċievi l-kura.

Djokovic kellu problemi ta’ saħħa meta tlett ijiem ilu għeleb lil Yannick Hanfmann fir-rawnd ta’ qabel, li ntlagħab f’temperaturi ta’ aktar minn 30°C u umdità ta’ 80%.

Kontra Munar Djokovic talab timeout mediku meta kien 3-1 fil-vantaġġ fl-ewwel set u rċieva kura fl-għaksa tax-xellug.

Djokovic kompla jitħabat u jaqbad l-għaksa tiegħu waqt il-partita, iżda rnexxielu jżomm il-pass ma’ Munar u żamm sa tmiem il-logħba, fejn waqa’ mal-art eżawrit wara rally twil.

It-trejner attenda malajr u għenu joqgħod fuq is-siġġu qabel ma ċċekkjawlu l-pressjoni tad-demm. Il-partita damet sagħtejn u 41 minuta.

Djokovic issa jilgħab kontra n-numru 44 fid-dinja Ziziou Bergs fil-kwarti tal-finali, wara li l-Belġjan irritalja minn żvantaġġ biex għeleb lis-seed numru 31 Gabriel Diallo 3-6, 7-5, 7-6, u (10-8) fl-aħħar 16.

Holger Rune seed numru 8 għadda għall-kwarti tal-finali b’rebħa ta’ 6-4; 7-9; 6-3 kontra Giovanni Mpetshi Perricard.